the vittoriosan sculpture

 

Jien Andrew Bugeja twelidt il-Birgu u ghandi 40 sena mindu kont tfal, minn dejjem kelli hajra kbira lejn l-Arti Sagra. Bdejt l-istudju tieghi fl-arti gewwa l-iskola ta’ Kordin taht is-Sur Saliba u minn hemm irnexxili nerbah bosta Premijiet. Dhalt ghal-Kompetizzjoni gewwa l-Gonna ta’ San Anton, Dik tal-‘FUR AND FUTHER SHOW’ meta gejt fl-Ewwel Post. Minn hemm attendejt TARGA GAP fejn studjajt id- Disinn u l-iSkultura fil-gebla.

 

Wara li spiccajt it-tahrig ghal 3 snin jien ghamilt l-Ezamijiet ghall-E.S.T.S u bdejt it-tahrig tieghi fir-restawr fil-gebel. Irrestawrajt bosta funtani fil-Gnien ta’ ‘ROMEO ROMANO’, u  anke gewwa San Anton fost l-ohrajn il-funatana ta’ l-Ajkla. Kif lestejt din il-funata u giet inawgurata, Il-Ministru ta’ dak iz-zmien Dr.Ugo Mifsud Bonnici talab permess lill Prim Ministru biex jien nigi trasferit ghal Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, u hekk  gara. Hemm bdejt it-tahrig fl-iskola Gerolamo Cassar, ‘School of Builing’, taht  is-Sur Paul Cassar. Hanhekk l-inkarigu tieghi zdied mhux biss fir-restawr, izda li nibda nharreg  l-Apprentisti, fil-Qasam ta’ l-iskultura.

 

Fl-1990 wasal l-akbar UNUR meta flimkien ma shabi irnexxili nerbah l-Ewwel Post fir-restawr ta’ l-Ewropa Nostra, bil-Progett tal-Knisja ta’ Pinto fil-Marsa. Minn hawn qatt ma harist lura u qatt ma qtajt qalbi. Meta nhares lura u niftakar that liema Surmastrijiet studjajt tahtom aktar naghmel kuragg.

 

Illum il-gurnata ghamilt bosta progetti kbar u ta’ valur fosthom ir-restawr tal-Gallarija ta’ l-Orgni fil-Birgu. L-isukultura tal-Knisja kollha tal-Birgu, San Lawrenz jaghti id-dawl lil Ghomja, u hafna statwi ta’ pregju madwar Malta. Hdimt madwar 40 statwa life size tal-Gimgha l-Kbira, il-Plancier Artistiku tal-Birgu, Statwi godda ghal festi, Disniji ta’ Bandalori u Pavaljuni, flimkien ma madwar 435 Bandiera f’Malta u Ghawdex, fosthom wahda ghal Vatikan.

 

 Kwazi f’kull festa f’Malta issib ismi f’xi Programm tal-Festa li johorgu, ghal din is-sena ghandi bicca xoghol li sejra thallili sodisfazzjon kbir. Din hija replica ta’ Kristu Rxoxt tal-Birgu bid-daqs ezatt bhal tal-Knisja u bil-libsa imbornuta, li ser tkun xoghol ta’ l-induratur Roderick Busutill. Ma dawn hemm bosta statwi ohra ghal diversi lokalitajiet. J’Alla l-Mulej jkompli jaghtini s-sahha u l-kuragg ha nkompli nipprova naghmel hilti kollha, biex naghmel bhal dawk l-artisti l-kbar li tant hallew opri sbieh u li ghamlu isem ghal Pajjizna.

 

Welcome

Newest Members

Owen CaruanaMariano Gauci

Featured Products

No featured products